X’inhu Jum l-Ewropa?
Jum l-Ewropa jiċċelebra l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, li ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Mejju 1950. Din kienet tfisser era ġdida għall-paċi, l-integrazzjoni, u l-kooperazzjoni demokratika fl-Ewropa, u wittiet it-triq għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.
Biex jikkommemoraw il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni fl-2025, l-istituzzjonijiet Ewropej għal darb’ oħra stiednu liċ-ċittadini jżuru l-binjiet tagħna u jiskopru varjetà ta’ attivitajiet online u fuq il-post fi Brussell, fi Strasburgu, u fil-Lussemburgu. Saru wkoll avvenimenti oħrajn fl-Istati Membri kollha tal-UE u madwar id-dinja.
Għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija li ħriġna għall-istampa
Kif iċċelebrajna?
Permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti, attivitajiet, u spazji tematiċi, għal darb’ oħra Jum l-Ewropa offra liċ-ċittadini l-opportunità li jżuru l-istituzzjonijiet Ewropej, jiskopru kif dawn jaħdmu ta’ kuljum, u jesploraw il-politiki li jsawru ħajjitna.
Fi Brussell, fil-Lussemburgu, fi Strasburgu, f’Echternach, u fi Frankfurt l-attivitajiet kollha kienu b’xejn u mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni.
L-avvenimenti f’pajjiżek
Jum l-Ewropa ġie ċċelebrat ukoll f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u madwar id-dinja.
Biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa li saru madwar l-Ewropa, żur il-websites tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew.
Għall-attivitajiet li seħħew madwar id-dinja, agħti daqqa t’għajn lejn il-websites tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, l-Unjoni Ewropea ġiet onorata wkoll fl-Expo Dinjija 2025 f’Osaka, il-Ġappun, bi programm speċjali li enfasizza r-rikkezza u d-diversità kulturali tal-Ewropa.
Barra minn hekk, fid-9 u l-10 ta’ Mejju, fuq il-Vaalserberg — muntanja li tmiss mal-Belġju, mal-Ġermanja, u man-Netherlands — saru festeġġamenti fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa u tal-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman. L-avveniment iffoka fuq uħud mill-valuri fundamentali tal-UE, inklużi s-sliem, l-għaqda, id-demokrazija, u l-iskambju kulturali, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera.
Ġabra ta’ midja
Open Doors Day at the European Institutions 2025Hadja Lahbib, on the right, and Thomas de Bethune Open Doors Day at the European Institutions 2025View of participants holding flags Open Doors Day at the European Institutions 2025View of visitors in the Schuman room Visitor at the European ParliamentVisitor at the European Parliament Viżitaturi li jidħlu fil-binja tal-Parlament Ewropew għall-jum ta’ ftuħ għall-pubblikuViżitaturi li jidħlu fil-binja tal-Parlament Ewropew għall-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku Viżitaturi fil-Kunsill EwropewViżitaturi fil-Kunsill Ewropew Opportunità biex wieħed iduq l-ikel fil-Kunsill EwropewOpportunità biex wieħed iduq l-ikel fil-Kunsill Ewropew Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fiż-ŻimbabweIċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fiż-Żimbabwe Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fil-MoldovaIċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fil-Moldova Divertiment waqt il-jiem ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzati mill-KESEDivertiment waqt il-jiem ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzati mill-KESE Kabina tar-ritratti fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KESEKabina tar-ritratti fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KESE Stand fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtRStand fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtR Viżitaturi fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtRViżitaturi fil-jum ta’ ftuħ għall-pubbliku organizzat mill-KtR Viżitaturi li jidħlu fil-binja tal-BĊEViżitaturi li jidħlu fil-binja tal-BĊE Tidwil tal-binja tal-BĊE fl-okkażjoni ta’ Jum l-EwropaTidwil tal-binja tal-BĊE fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa