Mur għall-kontenut ewlieni
Jum l-Ewropa 2025
Jum l-Ewropa 2025

75 sena ta’ għaqda u kooperazzjoni

X’inhu Jum l-Ewropa?

Jum l-Ewropa jiċċelebra l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, li ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Mejju 1950. Din kienet tfisser era ġdida għall-paċi, l-integrazzjoni, u l-kooperazzjoni demokratika fl-Ewropa, u wittiet it-triq għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.

Biex jikkommemoraw il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni fl-2025, l-istituzzjonijiet Ewropej għal darb’ oħra stiednu liċ-ċittadini jżuru l-binjiet tagħna u jiskopru varjetà ta’ attivitajiet online u fuq il-post fi Brussell, fi Strasburgu, u fil-Lussemburgu. Saru wkoll avvenimenti oħrajn fl-Istati Membri kollha tal-UE u madwar id-dinja.

Għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija li ħriġna għall-istampa

Kif iċċelebrajna?

Permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti, attivitajiet, u spazji tematiċi, għal darb’ oħra Jum l-Ewropa offra liċ-ċittadini l-opportunità li jżuru l-istituzzjonijiet Ewropej, jiskopru kif dawn jaħdmu ta’ kuljum, u jesploraw il-politiki li jsawru ħajjitna.

Fi Brussell, fil-Lussemburgu, fi Strasburgu, f’Echternach, u fi Frankfurt l-attivitajiet kollha kienu b’xejn u mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni.

European Parliament building Brussels
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Is-Sibt 10 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Brussell, Belgium
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Il-Ħadd 4 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Strażburgu, France
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Is-Sibt 10 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Brussell, Belgium

L-avvenimenti f’pajjiżek

Jum l-Ewropa ġie ċċelebrat ukoll f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u madwar id-dinja. 

Biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa li saru madwar l-Ewropa, żur il-websites tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew

Għall-attivitajiet li seħħew madwar id-dinja, agħti daqqa t’għajn lejn il-websites tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, l-Unjoni Ewropea ġiet onorata wkoll fl-Expo Dinjija 2025 f’Osaka, il-Ġappun, bi programm speċjali li enfasizza r-rikkezza u d-diversità kulturali tal-Ewropa.

Barra minn hekk, fid-9 u l-10 ta’ Mejju, fuq il-Vaalserberg — muntanja li tmiss mal-Belġju, mal-Ġermanja, u man-Netherlands — saru festeġġamenti fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa u tal-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman. L-avveniment iffoka fuq uħud mill-valuri fundamentali tal-UE, inklużi s-sliem, l-għaqda, id-demokrazija, u l-iskambju kulturali, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera.

Iċċelebra Jum l-Ewropa fuq l-iskrin tiegħek!

Niżżel wallpapers għat-telefown, l-ismartwatch, it-tablet, jew il-kompjuter tiegħek