Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 se tipprovdi momentum ġdid lit-tagħlim tul il-ħajja, tagħti s-setgħa lin-nies u lill-kumpaniji biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, filwaqt li tappoġġja l-innovazzjoni u l-kompetittività. Is-Sibt 6 ta’ Mejju, se niftħu l-bibien fiżiċi u virtwali tagħna bħala turija ta’ għaqda u solidarjetà mal-Ewropej kollha.
Fi Brussell, tista’ żżur il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea – il-bini tal-Berlaymont – mill-10:00 sas-18:00 fis-6 ta’ Mejju biex tiskopri aktar x’nagħmlu*. L-aħħar dħul fil-17.30. Mhi meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni. L-aċċess huwa bla ħlas.
Esplora l-villaġġi tagħna u skopri għaliex l-Ewropa hi ekoloġika, ekwa, kwalifikata, sikura u b’saħħitha, u ara wkoll x’qed nagħmlu biex nuru s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna (#EUStandsWithUkraine). Se jkun hemm ħafna logħob u attivitajiet għall-familja kollha, b’xi premjijiet x’jintrebħu. Agħti titwila lejn is-sala tal-laqgħat fis-sular ta’ fuq fejn il-President von der Leyen u l-Kummissarji jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwawna lkoll, ħares lejn il-veduta tal-belt, żur il-kamra taċ-ċinema u ħafna aktar.
Ma tistax tkun hemm personalment? Mela ngħaqad magħna tkun fejn tkun! Ara l-avvenimenti online tagħna u l-mappa b’dak kollu li qed jiġri fl-UE u skopri x’qed jiġri viċin tiegħek.
Anki wara Jum l-Ewropa, jekk tiġi sa Brussell tinsiex iżżur il-wirja permanenti tagħna Experience Europe, li tipprovdi perspettiva unika dwar il-ħidma tagħna, il-prijoritajiet, il-politiki u l-valuri tal-UE f’ambjent interattiv.
*Jekk jogħġbok innota li f’dan l-avveniment se jittieħdu ritratti u videos. Ir-ritratti u l-videos jistgħu jintużaw għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni b’rabta mal-Jum għall-Pubbliku tal-UE. Jekk tippreferi li ma jitteħdux ritratti jew videos tiegħek, jekk jogħġbok itlob badge mill-istand tad-dħul tal-binja tal-Kummissjoni. Għal aktar informazzjoni ara d-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza.


- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Ir-Realtà Virtwali (RV) qed issir dejjem aktar popolari f’oqsma differenti (logħob, taħriġ industrijali, riċerka akkademika). VR-Mine inħolqot għall-istudenti tal-masters iżda hi adatta wkoll għall-istudenti tal-baċċellerat u għat-tfal.

- Berlaymont (Ewropa b’Saħħitha)
Skopri proġetti kofinanzjati mill-UE fi Brussell!
X’tagħmel l-UE? U x’tagħmel għalik?
Fis-6 ta’ Mejju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa (#EuropeDay), ingħaqad magħna għal żjara ggwidata ta’ sagħtejn!
Gwida professjonali se tieħdok dawra fi Brussell biex tiskopri proġetti ffinanzjati mill-UE li jagħmlu din il-belt vibranti!

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Il-lingwi importanti. Ħadd ma jista’ jaħkem l-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE, għalhekk it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni jippermettu lin-nies jifhmu kif il-ħidma tal-UE tgħodd għalihom. Il-preżentazzjonijiet interattivi tagħna se jiġu interpretati bil-Franċiż, l-Olandiż, il-Ġermaniż, l-Ingliż, u aktar. Ipprova għamilha ta’ interpretu, bl-għajnuna ta’ espert!

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Esperjenza l-Futur tal-Alimentazzjoni tagħna permezz tal-Videos 360° tar-Realtà Virtwali ta’ FoodUnfolded

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Qatt ħlomt li ssir xjentist? Skopri kif ir-riċerkaturi ffinanzjati mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jesploraw il-fruntieri bejn is-solidi, il-likwidi, il-gassijiet u oħloq is-slime tiegħek b’esperiment li se jħallik bla kliem.

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Ingħaqad ma’ dawk li jfasslu l-politika tal-UE għal esperjenza li tbiddillek ħajtek.

- Berlaymont (Ewropa Ekoloġika)
L-Ekotikketta tal-UE issa tiċċertifika aktar minn 87,000 prodott u servizz. Fis-sala tista’ tiskopri għażla minnhom u tiskopri aktar dwar il-missjoni tat-tikketti lejn ekonomija ċirkolari u bi tniġġis żero.

- Berlaymont (#EUStandsWithUkraine)
Ispira ruħek mis-solidarjetà Ewropea lill-Ukreni li qed jaħarbu l-gwerra. Il-preżentazzjoni se tinfurmak dwar numru ta’ proġetti ta’ volontarjat taż-żgħażagħ f’ħafna pajjiżi Ewropej li qed jagħtu daqqa t’id lill-Ukreni fiż-żminijiet ta’ gwerra.

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Jum mimli attivitajiet u divertiment għal kulħadd. Skopri kif tisfrutta l-punti b’saħħithom tiegħek u ttejjeb it-talenti tiegħek bis-saħħa ta’ Erasmus+. Ejja u ltaqa’ magħna biex tiskopri l-opportunitajiet ta’ Erasmus+ għal kulħadd. Esperjenza siewja li tarrikkixxi l-ħajja u tiftaħ l-imħuħ.

- Berlaymont (Ewropa Sikura)
Kull wieħed minna jista’ jisfa vittma ta’ reat. Din l-isfida għandha l-għan li tiżgura li l-vittmi ma jkunux inviżibbli. Il-parteċipanti se jpoġġu bilqiegħda u jħarsu f’għajnejn xulxin bla ma jpetptu għajnejhom. L-uċuh se jkunu projettati fuq skrin bl-impenn tagħhom li jżommu għajnejhom miftuħin biex jaraw u jgħinu lill-vittmi tar-reati.

- Berlaymont (Ewropa Kwalifikata)
Ejja sal-istand tal-EAC fil-Villaġġ tal-Ħiliet fil-binja tal-Berlaymont fis-6 ta’ Mejju biex titgħallem dwar l-inizjattivi tal-UE dwar l-edukazzjoni diġitali. Ittestja l-għarfien tiegħek dwar id-diżinformazzjoni, ħalli lill-IA taqta’ x’int tpinġi u ngħaqad fis-sessjonijiet ta’ ħidma tagħna dwar il-ħiliet diġitali!

- Berlaymont (Ewropa Ekoloġika)
Skopri kif tkun dinja bla insetti dakkara permezz ta’ din l-esperjenza ta’ realtà virtwali ppremjata.

- Berlaymont (Ewropa Sikura)
Żur l-istand tad-Dwana tal-UE f’Jum l-Ewropa u ltaqa’ ma’ Blondie – kelba tad-dwana Belġjana li se turi l-ħiliet tax-xamm f’dimostrazzjonijiet f’ħin reali.

11:00-12:00
Ittestja l-għarfien tiegħek dwar l-euro bil-kwiżż tagħna!
Taf kemm hemm pajjiżi li jużaw l-euro? Jew tista’ tagħraf liema pajjiż ħareġ liema munita?
Żur il-kont ta’ Twitter tal-ECFIN (@ECFIN) fis-6 ta’ Mejju fil-11:00 CEST u ħu sehem fil-kwiżż tagħna.

10.00-10:15
Investigatur tal-OLAF jispjega kif l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi flimkien ma’ sħab nazzjonali, żvela għadd kbir ta’ reati serji mwettqa minn grupp organizzat, li kiseb b’mod illegali kważi €1 miljun ta’ fondi agrikoli tal-UE intiżi għall-produzzjoni tat-tadam.
Kont taf li l-valuri tal-UE huma d-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem? Inti familjari mal-istorja tal-UE? Skopri dan kollu u aktar bil-lingwi kollha tal-UE.
L-Ewropa temmen fid-demokrazija u tippromwoviha f’kull qasam ta’ ħidmietha. Aħna nonoraw il-valuri Ewropej u nippreżervawhom b’kura kbira. Aħna favur il-paċi, l-ugwaljanza u l-ekwità.
It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma theddida eżistenzjali għall-pjaneta. Biex jegħleb dawn l-isfidi enormi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jara li jittrasforma lill-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva.
- Mill-għalqa sal-platt: L-ikel tagħna, saħħitna, il-pjaneta tagħna, il-futur tagħna
- What The Food, VICE: skopri l-inizjattivi lokali sostenibbli tal-UE
- CINEA u l-avveniment tal-Jum għall-Pubbliku 2023 fi Brussell
- EISMEA u l-Jum għall-Pubbliku tal-UE 2023
- Il-Patt Klimatiku Ewropew
- Il-politika agrikola komuni l-ġdida: 2023-27
- Esperjenza ta’ realtà virtwali - Park tad-Dakkara
- Wirja “EU Ecolabel on Wheels”
- Riċetti u pariri għal konsum sostenibbli tal-ħut u tal-frott tal-baħar
- REA u l-Jum għall-Pubbliku tal-UE 2023
- Inżommu l-missjoni tal-UE qrib iċ-ċittadini
L-2023 hija s-Sena Ewropea tal-Ħiliet. Għandna bżonn nagħtu attenzjoni partikolari lill-edukazzjoni professjonali, lit-titjib tal-ħiliet u li naraw kif nattiraw ħaddiema ġodda, lit-tagħlim tul il-ħajja, l-għoti tas-setgħa lin-nies u l-kumpaniji li jikkontribwixxu lejn it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Aħna nippromwovu l-innovazzjoni u l-kompetittività.
L-Ewropa tista’ toqgħod fuq industrija tad-difiża moderna u bi prestazzjoni għolja, fuq kontrolli fil-fruntieri esterni ambizzjużi, u fuq politika tal-migrazzjoni li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem. Aħna niġġieldu favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kontra d-diskriminazzjoni, u nipproteġu d-data tan-nies.
- Insibu l-frodaturi tat-tadam
- Tixtieq issir taf aktar dwar kif id-Dwana tal-UE żżommna sikuri?
- Unjoni Doganali tal-UE: fatti u ċifri
- Żomm għajnejk miftuħin biex tappoġġja l-vittmi tar-reati. Aqra aktar
- Żomm id-data personali tiegħek sikura.
- Insawru Futur Diġitali Aktar Sikur.
- #UnitedInProtection - Tlaqqam: biex il-vaċċini jaħdmu
- #GetScreenedEU - Kampanja ta’ skrinjar kontra l-kanċer
L-aġenda tal-Ewropa ssaħħaħ is-suq intern tagħha u l-munita tal-Euro, filwaqt li tiżgura r-rwol tal-UE bħala mexxej globali. L-UE hi attur internazzjonali fil-politika spazjali u l-iskoperti xjentifiċi. Hi impenjata wkoll fl-indirizzar tal-frodi u tippermetti li kulħadd jirnexxi.
- Proġetti ta’ Discover EU fir-reġjun tiegħek!
- Esplora l-mappa biex tara t-territorji JTF eliġibbli
- WeBalkans
- Ġirien tal-UE tal-Lvant
- Ġirien tal-UE tan-Nofsinhar
- Ambaxxaturi Żgħażagħ Ewropej fil-Viċinat
- Att dwar is-Servizzi Diġitali
- Logħba tal-kompjuter - UE Diġitali
- L-euro
- Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
L-UE tinsab magħquda fl-appoġġ ferventi tagħha lejn l-Ukrajna billi toffri assistenza politika, finanzjarja u umanitarja b’saħħitha. Aħna nipprovdu wkoll assistenza fil-livell tas-sigurtà u dak militari, protezzjoni ċivili u trasport.
Jum għall-Pubbliku tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sibt 6 ta’ Mejju (2)
RSS
The Commission’s Open Day at the Berlaymont building in Brussels, on the occasion of Europe Day, is a unique opportunity for citizens to discover how the work of the European institutions affect their life.

Visitors were able to step inside the Berlaymont and take part in special activities.