Mur għall-kontenut ewlieni
Jum l-Ewropa 2025
Jum l-Ewropa 2025

75 sena ta’ għaqda u kooperazzjoni

X’inhu Jum l-Ewropa?

Jum l-Ewropa jiċċelebra l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, li ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Mejju 1950. Din kienet tfisser era ġdida għall-paċi, l-integrazzjoni, u l-kooperazzjoni demokratika fl-Ewropa, u wittiet it-triq għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.

Biex jikkommemoraw il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni, l-istituzzjonijiet Ewropej qed jistiednu liċ-ċittadini jżuru l-binjiet tagħna u jiskopru varjetà ta’ attivitajiet online u fuq il-post fi Brussell, fi Strasburgu, u fil-Lussemburgu. Se jsiru wkoll avvenimenti oħrajn fl-Istati Membri kollha tal-UE u madwar id-dinja.

X’hemm ippjanat?

Permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti, attivitajiet, u spazji tematiċi, Jum l-Ewropa se joffri liċ-ċittadini l-opportunità li jżuru l-istituzzjonijiet Ewropej, jiskopru kif dawn jaħdmu ta’ kuljum, u jesploraw il-politiki li jsawru ħajjitna.

L-attivitajiet kollha huma b’xejn, u m'għandekx għalfejn tirreġistra għalihom.

Biex tieħu sehem, agħti daqqa t’għajn lill-programmi li l-istituzzjonijiet tal-UE li qed jipparteċipaw fasslu għat-4 ta’ Mejju fi Strasburgu, u għall-10 ta’ Mejju fi Brussell, fil-Lussemburgu, f’Echternach, u fi Frankfurt.

European Parliament building Brussels
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Is-Sibt 10 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Brussell, Belgium
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Il-Ħadd 4 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Strażburgu, France
  • Jiem ta’ informazzjoni
  • Is-Sibt 10 ta' Mejju 2025, 10.00 - 18.00 (CEST)
  • Brussell, Belgium

L-avvenimenti f’pajjiżek

Jum l-Ewropa jiġi ċċelebrat ukoll f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u madwar id-dinja. 

Biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa li se jsiru madwar l-Ewropa, żur is-siti web tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew

Għall-attivitajiet li se jseħħu madwar id-dinja, agħti daqqa t’għajn lejn is-siti web tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, l-Unjoni Ewropea ser tiġi onorata wkoll fl-Expo Dinjija 2025 f’Osaka, il-Ġappun. Dakinhar, l-UE u l-Istati Membri tagħha se joffru programm speċjali li jippreżenta r-rikkezza kulturali u d-diversità tal-Ewropa.